Reġistrazzjoni ta’ tfal ġodda għall-Katekeżi 2024-2025

Navżaw lill-ġenituri kollha li r-reġistrazzjoni tat-tfal tal-Year 1 u tfal ġodda oħra li r-reġistrazzjoni tat-tfal se ssir nhar it-Tnejn 9 u t-Tlieta 10 ta’ Settembru bejn il-5.30pm u 6.30pm fi Blk B taċ-Ċentru Pastorali. Nfakkrukom li l-applikazzjonijiet iridu jiġu iffirmati miż-żewġ ġenituri quddiem il-Kappillan jew rapprezentant tiegħu.

Il-formola tal-applikazzjoni tistgħu tniżżluha minn hawn.

Ġebel Ħaj

Feature video fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Qawra.

Minn żona diżabitata fil-kosta tat-Tramuntana ta’ Malta, il-Qawra inbidlet f’post li jilqa’ fih eluf ta’ Maltin u oħrajn ġejjin minn kull parti tad-dinja. Kien jixraq li fiz-zona jinbena tempju għall-poplu qaddis t’ Alla sabiex Hu li niżel u sar wieħed minna, isib għamartu f’nofsna u jgħammar magħna.

Websajt Ġdida

8 ta’ Diċembru 2022

Illum biddilna d-dehra tal-websajt tal-Parroċċa tagħna biex tkun iżjed moderna u attwali. Poġġejniha wkoll fuq l-infrastruttura ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta biex ikun hemm kontroll ċentralizzat u iżjed professjonali.

Grazzi kbira lit-tim tekniku ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta li bix-xol tagħhom kienu strumentali għal dil-bidla tant meħtieġa.