Avviżi 28-29 ta’ Jannar 2023

Infakkru lill-katekisti kollha li nhar it-Tlieta 31 ta’ Jannar se jkompli l-kors tal-Katekisti fi Blk C fis-7.00pm. Is-suġġett hu Safeguarding Issues. Inħeġġu lill-katekisti kollha biex jattendu.

Il-Grupp Fundraising qed jorganizza Buffet Breakfast nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar fil-Riviera Hotel. Biljetti mingħand il-helpers tas-soltu.

Il-Kurja tavża li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta mil-1 sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-noticeboard u l-website www.knisja.mt.

Nitolbu għal ruħ Emanuela Gauci u Margaret Borg li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul dil-ġimgħa fil-Parroċċa tagħna.. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi 21-22 ta’ Jannar 2023

Infakkru lill-katekisti kollha li nhar it-Tlieta 24 ta’ Jannar se jkompli l-kors tal-Katekisti fi Blk C fis-6.30pm. Il-kelliema tkun Rev. Rueben Gauci u ttema hi Animating Prayer Spaces.

Ġentilment nitolbu lill-membri tal-għaqdiet tagħna biex jieħdu ftit kopji tal- FLIMKIEN, u jqassmuhom fit-triq fejn joqgħodu jew fl-appartamenti fejn jgħixu.

Nitolbu għall-ruh P. Thomas Moore, Patri mill-Provinċja taghna li għal xi żmien kien ukoll jaghmel parti mill-komunita tagħna tal-Qawra. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi 14-15 ta’ Jannar 2023

Nirringrazzjawkom tal-ġabra ta’ €1421.20 għall-bzonnijiet tal-Knisja li saret il-weekend li għadda. Nirringrazzjawkom tad-donazzjonijet tagħkom.

Infakkru lill-katekisti kollha li nhar it-Tlieta 17 ta’ Jannar se jkompli l-kors tal-Katekisti fi Blk C fis-6.30pm. Il-kelliema tkun Ms Joyce Agius.

Il-Grupp Fundraising qed jorganizza Buffet Breakfast fil-Paradise Bay Hotel nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar. Nitilqgħu minn quddiem mil-Knisja fit-8.30am.

Kif tistgħu taraw, ix-xogħol li kien qed isir fuq is-saqaf tal-Knisja tlesta. Nixtiequ nirringrazzjaw ħafna lill-helpers kollha li tant dedikazzjoni u ħeġġa kienu jiġu prattikament kuljum biex inaddfu u jagħmlu li hemm bzonn wara li jitilqu l-ħaddiema. Napprezzaw immens. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk li g]enu bl-għotjiet tagħhom, kif ukoll l-helpers li qaghadu mal-ħaddiema u l-Perit li ssorvelja x-xogħol.

Ġentilment nitolbukhom biex intom u ħerġin wara l-quddiesa tieħdu kopja tal-FLIMKIEN. Napprezzaw ħafna jekk tistgħu tieħdu xi kopji biex tqassmuhom fit-triq fejn toqgħodu jew fl-appartamenti fejn tgħixu. Hekk dan il-magazin jasal għand l-familja ta’ din il-Parroċċa.

Navzawkom ukoll li din l-ġimgħa, l-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq.

Avviżi 7-8 ta’ Jannar 2023

Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret b’risq id-Dar tal-Providenza nhar lejliet l-Ewwel tas-Sena li laħqet is-somma ta’ €1440.

Navżaw lill-ġenituri li l-katekeżi terġa’ tibda minn nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar.

Il-Grupp Fundraising qed jorganizza Buffet Breakfast fil-Paradise Bay Hotel nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar. Nitilqgħu minn quddiem mil-Knisja fit-8.30am.

In-numri rebbieħa tal-lotterija tal-Milied jinsabu fin-noticeboard. Min għandu xi numru rebbieħ jistà jkellem lill-kappillan.

Nitolbu għar-ruħ Francesco Ciappara li għaddha għall-ħajja ta’dejjem matul din il-ġimgħa fil-Parroċċa tagħna. Nitolbu għall-Patri Guido, patri mill- Provinċja tagħna li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjaw lil Patri Guido li kien strumentali sabiex timbena din il-knisja u l-kunvent. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi 31 ta’ Diċembru 2022 – 1 ta’ Jannar 2023

Bħal kull sena nhar l-1 ta’ Jannar, id-Dar tal-Providenza se terġa’ torganizza il-Festa ta’ Ġenerożità fid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi. L-attività tibda fl10.30am wara l-quddiesa minn Mons. Arċisqof u tintemm f’nofsillejl. L-attivita se tkun fil-parkeġġ tad-Dar tas-Siġġiewi. Intom imħeġġa tmorru u tagħmlu d-donazzjoni tagħkom.

Qed norganizzaw pellegrinaġġ għar-Redentur ta’ l-Isla, nhar l-Ġimgħa 6 ta’ Jannar. Tluq fit-8.30am u biljetti mingħand il-helpers tas-soltu.

Navżaw lill-ġenituri li l-katekeżi terġa’ tibda minn nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar.

Il-Grupp Fundraising qed jorganizza Buffet Breakfast fil-Paradise Bay Hotel nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar. Nitilqgħu minn quddie mil-Knisja fit-8.30am.

In-numri rebbieħa tal-lotterija tal-Milied jinsabu fin-noticeboard. In-numri huma No 77 isfar, No 131 ċelesti, No 95 isfar, kollha minn Serie ABC. Min għandu xi numru rebbieħ jista jkellem lill-kappillan.

Nitolbu għar-ruħ John Xuereb li għaddha għall-ħajja ta’dejjem matul din ilġimgħa fil-Parroċċa tagħna. Agħtih O Mulej ……

Nieħdu din l-okkazzjoni biex f’isem il-komunità tal-Patrijiet, nawguralkom sena ġdida mimlija bil-barkiet mill-Mulej u nirringrazzjawkom ta’ dak kollu li għamiltu flimkien bħala parroċċa.

Avviżi 24-25 ta’ Diċembru 2022

Infakkru lill-anzjani kollha fl-attività li se ssir apposta għalihom nhar it-Tlieta 27 ta’ Diċembru fi Blk C. Inħeġġu lil-anzjani tal-Parroċċa biex jattendu.

Navżawkom li l-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq nhar il-26 u 28 ta’ Diċembru.

Nhar is-Sibt 31 ta’ Diċembru, lejliet l-ewwel tas-sena, il-quddies tas- 6.30pm se tkun konċelebrazzjoni u wara jintalab it-Te Deum. Il-ġabra li ssir f’din il-quddiesa tkun għad-Dar tal-Providenza, Siggiewi. Il-Ħadd, Jum L- Ewwel tas-Sena il-quddies kollu ikun bħal tal-Ħadd.

Bħal kull sena nhar l-1 ta’ Jannar, id-Dar tal-Providenza se terġa torganizza il-Festa ta’ Ġenerozita li tinżamm fid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi. L- attivita tibda fl-10.30am wara l-quddies li tiġi ċċelebrata minn Mons. Arċisqof u tintemm f’nofsillejl. Din l-attivita se tkun fil-parkeġġ tad-Dar tas-Siġġiewi u l-poplu Malti u Għawdxi jista jmur u jagħti d-donazzjonijiet tiegħu.

Navżawkom li mill-ewwel weekend ta’ Jannar, il-quddies ta’ filgħaxija s-Sibt u l-Ħadd fil-Knisja ta’ San Massimiljan Kolbe, Buġibba se tibda tkun fis-6pm u mhux fis-7pm.

Nitolbu għar-ruħ Alfred Wingfield u Maria Gauci li għaddhew għall-ħajja ta’dejjem matul din il-ġimgħa fil-Parroċċa tagħna. Agħtihom O Mulej ……

Nieħdu din l-okkazzjoni biex f’isem il-komunita’ tal-Patrijiet, nawguralkom Milied hieni u qaddis u sena ġdida mimlija bil-barkiet mill-Mulej.

Avviżi 17-18 ta’ Diċembru 2022

Minħabba x-xogħol fil-knisja, navżaw lill-kulħadd li għall-quddies ta’ filgħodu, jekk taraw il-Knisja miftuħa, il-quddies isir fil-Knisja u jekk le, il-quddiesa issir fi Blk C.

Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn wara l-quddies tas-6.30pm issir riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li jkun ġej. Tkun ħaġa tajba li nieħdu opportunita’ f’dan iż-żmien tal-Avvent li nkunu iktar viċin il-Kelma t’Alla u nattendu. Ir-riflessjoni issir minn P. Christopher Galdes.

Nistiednu lill-genituri u t-tfal li jattendu iċ-Ċentru Tagħlim Nisrani ghall-quddiesa nhar/għada it-Tnejn 19 ta’ Diċembru fis-6.30pm animata mill-Grupp GUPAZZI. Nħeġġukom biex tieħdu sehem f’din l-attività sabiħa għat-tfal tagħkom. Il-kant fil-quddiesa ikun minn Marie Tereż Ablea.

Navżaw lill-Operaturi Pastorali li nhar it-Tlieta 20 ta’ Dicembru se jkollna quddiesa
apposta għalihom fis-6.30pm u wara isegwi party b’ringrazzjament tas-servizz li intom tagħtu lil Parroċċa. Il-kant fil-quddiesa ikun mill-Kor Parrokkjali.

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru, il-quddiesa tas-6.30pm se tkun animata mill-Grupp STAND, u wara l-quddiesa tal-Ħamis 22 Diċembru, se jkollna kunċert ċkejken bl-orgni minn Maria u Rita Schembri.

Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru, fil-5pm se jkollna dimostrazzjoni bix-xbieha ta’ Ġesù Bambin fit-toroq madwar il-Knisja. Nħeġġu lit-tfal u l-ġenituri tagħhom biex jipparteċipaw f’din l-okkażjoni. Wara t-tfal ikollhom l-party fil-klassijiet. Jekk ikun il-maltemp issir ċelebrazzjoni fil-Knisja.

Is-Sibt, lejliet il-Milied, ikollna quddiesa fis-6.30pm, imbagħad fit-8pm issir il-Velja bis-sehem tal-abbatini, Pre-Youths u l-prietka tat-tfal. Il-Quddiesa solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied tibda fid-9pm u tkun animata mill-Kor tal-Parroċċa.

Nfakkru lill-anzjani kollha fl-attività li se ssir apposta ghalihom nhar it-Tlieta 27 ta’ Diċembru fi Blk C. Nħeġġu lil-anzjani tal-Parroċċa biex jattendu.

Navżawkom li mill-ewwel weekend ta’ Jannar, il-quddies ta’ filgħaxija s-Sibt u l-Ħadd fil-Knisja ta’ San Massimiljan Kolbe, Buġibba se tibda tkun fis-6pm u mhux fis-7pm.

Navzawkom li l-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq nhar il-24, 26 u 28 ta’ Diċembru.