Sunday Liturgy
Prayer Corner
Heroes
Know Your Faith
Fil-parroċċa tagħna, il-katekiżmu għat-tfal bejn il-ħamsa u tnax -il sena huwa mgħallem minn katekisti volontarji, ħafna minnhom ommijiet ta’ familji residenti fil-parroċċa tagħna.
Il-katekiżmu mhuwiex biss il-prerekwiżit għat-tfal biex jirċievu s-sagramenti tal-qrar, tqarbin u griżma ta’ l-Isqof, iżda huwa wkoll il-formazzjoni fil-fidi nisranija tagħhom. Illum il-ġurnata, sfortunatament, it-trażmissjoni tal-fidi ma tantx għandha isseħħ fil-familja. Minħabba li x-xoghol tal-iskola u r-rekreazzjoni quddiem il-kompjuter u t-televixin ħadu ħafna mill-ħin, ftit ikollhom ċans il-ġenituri, jew min jieħu ħsieb it-tfal, biex jitrasmettu il-fidi lil uliedhom. Il-katekiżmu, għad li m’għandux jieħu post it-trażmissjoni tal-fidi fil-familja, jipprova itaffi minn dan in-nuqqas, u fl-istess ħin jipprepara it-tfal sabiex jirċievu għall-ewwel darba is-sagramenti.
In-numru ta’ tfal li jiġu għal-katekizmu fil-parroċċa tagħna huwa kbir u hawn il-bżonn ta’ iktar katekisti għal dan l-għan. Mhux bilfors tkun mara li taħdem id-dar biex issir katekist/a u jekk tħoss din is-sejħa, serraħ rasek li se tirċievi l-formazzjoni meħtieġa kemm qabel, kif ukoll wara li tibda tkun mat-tfal.
Kellem lil Kappillan jew lil xi ħadd mill-katekisti jekk tixtieq tidħol għal dan il-volontarjat tant importanti għal-parroċċa tagħna. Din l-esperjenza hija ta’ ġid kbir spiritwali tiegħek ukoll.