Xi jrid isir biex il-ġenituri jgħammdu lit-tarbija tagħhom fil-Parroċċa tal-Qawra?
- Il-ġenituri jaqblu li jridu jgħammdu lit-tarbija. Ta’ l-inqas wieħed mill-ġenituri irid ikun mgħammed fil-Knisja Kattolika.
- Il-ġenituri jagħżlu żewġ parrini (mara u raġel). Il-parrini jridu jkunu Nsara prattikanti, sabiex ikunu xhieda tal-fidi Nisranija u jgħinu lil min jirċievi is-sagrament tal-Magħmudija jikber fil-fidi.
- Il-ġenituri iġibu kopja taċ-Ċertifikat tat-Twelid (sħiħ) tat-tarbija, li ma jkunx eqdem minn 6 xhur. Dan jista’ jinkiseb online minn hawn jew billi jmorru l-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, Evans Buildings, 1st Floor, Valletta.
- Il-ġenituri iniżżlu l-formola “Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija ta’ minorenni” minn hawn u jimlewha imma ma jiffirmawhiex – din trid tiġi ffirmata quddiem il-kappillan.
- Il-parrini jridu jniżżlu l-formola “Dikjarazzjoni tal-Parrini” (formola għall kull wieħed) minn hawn, jimlewha u jiffirmawha. Meta jimlew il-formola jiddikkjaraw li:
- Għalqu 16-il sena
- M’humiex l-omm jew il-missier tat-tarbija li ħa titgħammed
- Huma membri tal-Knisja Kattolika u jaċċettaw it-twemmin Kattoliku kollu
- Jimxu mat-tagħlim Nisrani
- Irċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof u jirċievu regolarment is-Sagrament tal-Qrar u Tqarbin
- Ġenituri li jixtiequ jgħammdu fil-Parroċċa tal-Qawra imma huma residenti f’parroċċa oħra iridu jmorru għand il-Kappillan tagħhom. Dan jimla u jtihom il-formola “Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra” biex jippreżentawha lill-Kappillan tal-Paroċċa tal-Qawra. Qabel ma jmorru importanti li jagħmlu appuntament mal-uffiċċju parrojkali tagħhom.
- Il-ġenituri jridu jiġu flimkien l-Uffiċċju Parrokkjali tal-Qawra biex jiftehmu mal-Kappillan fuq id-data u l-ħin ta’ meta ħa tiġi ċċelebrata l-magħmudija. Magħhom iridu jġibu dawn il-formoli u dokumenti kif ġa msemmija:
- Ċertifikat tat-Twelid (sħiħ) tat-tarbija li ma jkunx eqdem minn 6 xhur mill-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku
- Iż-żewġ formoli tal-parrini (“Dikjarazzjoni tal-Parrini”) mimlijin u ffirmati
- Il-formola “Talba għas-Sagrament tal-Magħmudija” ta’ minorenni mimlija imma mhux iffirmata
- Jekk il-ġenituri ser jgħammdu fil-Parroċċa tal-Qawra imma huma residenti f’xi parroċċa oħra, iridu jġibu wkoll il-formola “Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra” li jkun tahom il-kappillan tagħhom
Nota: Ġenituri li huma residenti l-Qawra u jixtiequ jgħammdu f’parroċċa oħra iridu jimlew il-formola t’hawn taħt biex jieħdu permess jgħammdu f’parroċċa oħra. Il-kappillan tal-Qawra jibgħatilhom il-formola “Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra” mimlija bl-email biex ituha lill-Kappillan tal-parroċċa ta’ fejn ha jgħammdu.