Xi jrid isir biex tfal jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa tal-Qawra?
- Normalment il-Griżma ssir meta t-tfal ikollhom bejn 11 u 12-il sena, iġifieri meta l-iskola jkunu qegħdin year 7 (form 1).
- Biex jagħmlu l-Griżma tal-Isqof it-tfal iridu jkunu:
- Mgħammdin
- Għamlu l-Preċett
- Attendew il-katekeżi tal-Griżma
- Tlett xhur qabel ma ssir il-Griżma tintgħażel persuna waħda bħala parrina jew parrinu.
- Il-parrina jew parrinu jridu jniżżlu l-formola “Dikjarazzjoni tal-Parrini” minn hawn, jimlewha u jiffirmawha. Meta jimlew il-formola jiddikkjaraw li:
- Għalqu 16-il sena
- M’humiex l-omm jew il-missier ta’ min ser jagħmel il-Griżma
- Huma membri tal-Knisja Kattolika u jaċċettaw it-twemmin Kattoliku kollu
- Jimxu mat-tagħlim Nisrani
- Irċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof u jirċievu regolarment is-Sagrament tal-Qrar u Tqarbin
- Jekk il-ġenituri huma residenti f’parroċċa oħra u jridu li l-Griżma ssir fil-parroċċa tal-Qawra, iridu jmorru għand il-Kappillan tagħhom. Dan jimla u jtihom il-formola “Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra”.
- Il-ġenituri jridu jieħdu il-formola “Dikjarazzjoni tal-Parrini” (mimlija u ffirmata) l-Uffiċċju Parrokkjali tal-Qawra. Jekk ikunu residenti f’parroċċa oħra iridu jieħdu magħhom ukoll il-formola “Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra” li jkun imlielhom il-kappillan tal-paroċċa ta’ fejn huma residenti.
- Dettalji oħra jingħataw mill-katekisti u mill-Uffiċċju Parrokkjali permezz ta’ email.
Nota: Ġenituri li huma residenti l-Qawra u jixtiequ li t-tfal tagħhom jagħmlu l-Griżma f’parroċċa oħra iridu jimlew il-formola t’hawn taħt biex jieħdu permess. Il-kappillan tal-Qawra jibgħatilhom il-formola “Permess biex sagrament jiġi amministrat f’parroċċa oħra” mimlija bl-email biex ituha lill-Kappillan tal-parroċċa ta’ fejn it-tfal ha jagħmlu l-Griżma.