Avviżi 7-8 ta’ Jannar 2023

Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret b’risq id-Dar tal-Providenza nhar lejliet l-Ewwel tas-Sena li laħqet is-somma ta’ €1440.

Navżaw lill-ġenituri li l-katekeżi terġa’ tibda minn nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar.

Il-Grupp Fundraising qed jorganizza Buffet Breakfast fil-Paradise Bay Hotel nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar. Nitilqgħu minn quddiem mil-Knisja fit-8.30am.

In-numri rebbieħa tal-lotterija tal-Milied jinsabu fin-noticeboard. Min għandu xi numru rebbieħ jistà jkellem lill-kappillan.

Nitolbu għar-ruħ Francesco Ciappara li għaddha għall-ħajja ta’dejjem matul din il-ġimgħa fil-Parroċċa tagħna. Nitolbu għall-Patri Guido, patri mill- Provinċja tagħna li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjaw lil Patri Guido li kien strumentali sabiex timbena din il-knisja u l-kunvent. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.