Avviżi 14-15 ta’ Jannar 2023

Nirringrazzjawkom tal-ġabra ta’ €1421.20 għall-bzonnijiet tal-Knisja li saret il-weekend li għadda. Nirringrazzjawkom tad-donazzjonijet tagħkom.

Infakkru lill-katekisti kollha li nhar it-Tlieta 17 ta’ Jannar se jkompli l-kors tal-Katekisti fi Blk C fis-6.30pm. Il-kelliema tkun Ms Joyce Agius.

Il-Grupp Fundraising qed jorganizza Buffet Breakfast fil-Paradise Bay Hotel nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar. Nitilqgħu minn quddiem mil-Knisja fit-8.30am.

Kif tistgħu taraw, ix-xogħol li kien qed isir fuq is-saqaf tal-Knisja tlesta. Nixtiequ nirringrazzjaw ħafna lill-helpers kollha li tant dedikazzjoni u ħeġġa kienu jiġu prattikament kuljum biex inaddfu u jagħmlu li hemm bzonn wara li jitilqu l-ħaddiema. Napprezzaw immens. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk li g]enu bl-għotjiet tagħhom, kif ukoll l-helpers li qaghadu mal-ħaddiema u l-Perit li ssorvelja x-xogħol.

Ġentilment nitolbukhom biex intom u ħerġin wara l-quddiesa tieħdu kopja tal-FLIMKIEN. Napprezzaw ħafna jekk tistgħu tieħdu xi kopji biex tqassmuhom fit-triq fejn toqgħodu jew fl-appartamenti fejn tgħixu. Hekk dan il-magazin jasal għand l-familja ta’ din il-Parroċċa.

Navzawkom ukoll li din l-ġimgħa, l-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq.

Tags: No tags

Comments are closed.